L-A/C u l-Kapaċità Naturali tal-Ġisem li Jadatta għas-Sħana

Il-ġisem tal-bniedem għandu mekkaniżmu naturali li jgħinu jadatta għas-sħana – bħall-għaraq, it-tibdil fil-fluss tad-demm u l-ħeffa fil-moviment. Fluss tad-demm hija kif i-ġisem ibiddel id-direzzjoni u l-kwantità ta’ demm li jibgħat lejn partijiet differenti tal-ġisem, skont il-bżonnijiet tiegħu — speċjalment meta jkun sħun.Iżda meta nqattgħu ħafna ħin f’temperaturi artifiċjalment friski, bħal dawk fl-A/C, il-ġisem jibda jitgħażżen f’dawn il-proċessi.

Skont studji fil-Journal of Applied Physiology, l-espożizzjoni gradwali għas-sħana tgħin lill-ġisem jiżviluppa tolleranza aħjar, jitgħallem jikkontrolla aħjar it-temperatura tiegħu, u jnaqqas l-għeja relatata mas-sħana. Meta nevitaw kompletament is-sħana, nissarfu iktar sensittivi, nħossuna eżawriti aktar malajr, u nitilfu l-bilanċ naturali tagħna.

Dan ma jfissirx li m’għandniex nużaw l-A/C – iżda li nużawh b’għaqal. Żmien qasir barra fid-dell, ventilazzjoni naturali, u nifs frisk jgħinu biex il-ġisem iżomm il-kapaċità tiegħu li jadatta. B’dan il-mod, moħħna jkun frisk… u ġisimna għadu kapaċi jiflaħ.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI