Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 151 każ ġdid tal-Covid-19 wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 3,491 test. Il-gżejjer irreġistraw 156 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 16,646 u n-numru ta’ każijiet attivi tela’ għal 2,401.
Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 19,333 każ u wettqet 645,643 test. Malta ma rreġistrat ebda mwiet matul l-aħħar 24 siegħa. It-total ta’ mwiet f’Malta jammonta għal 286.
Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 8 ta’ Frar, 44,598 doża ta’ vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer. 12,928 minn dawn kienu t-tieni dożi.