L-Aħħar Aġġornament Uffiċjali Tal-Covid-19 – Malta Tirreġistra 106 Każ Ġdid!

Skont iċ-ċifri ppubblikati mill-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, Saħħa, Malta rreġistrat 106 każ ġdid ta’ Covid-19 wara li saru 2816 test fl-aħħar 24 siegħa.

Il-gżejjer irreġistraw 108 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 4505 u n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 1937 . Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 6,506 każ u wettqet 346,106 test.

Nappellaw mill-ġdid sabiex kulħadd jimxi mal-miżuri maħruġa mid-dipartiment tas-saħħa għax dawn jistgħu jkunu r-raġuni li nwaqqfu din l-imxija milli tkompli tinfirex.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI