Il-Junior Eurovision is-sena qed jiġi ospitat f’pajjiżna, u qed iservi wkoll bħala wirja ta’ tradizzjonijiet u tal-kultura Maltija. Aspett fundamentali fil-kultura ta’ Malta huwa bla dubju ta’ xejn il-festa, li infatti hija wkoll it-tema tas-sena. Parti mill-ispettakliu se jkun hemm ukoll bosta umbrellel li jagħmlu parti minn diversi marċijiet ta’ festi Maltin u Għawdxin. Fosthom hemm l-akbar umbrella tal-festi f’Malta.
Società Filarmonica Maria Mater Gratiæ Żabbar AD 1883 qalu, “Il-Junior Eurovision Song Contest tas-Sibt li ġej ħa jdur madwar il-Festa Maltija u fil-preparamenti għal dan l-ispettaklu hemm l-isbaħ u l-akbar umbrella tal-festi f'Malta!”