Is-Sajf jinsab fl-aqwa tiegħu, s-sħana qed tagħmel tagħha, u f’daż-żmien kulħadd jara fejn ħa jistrieħ ftit.
Aħna l-Maltin biex nistrieħu rridu 3 affarijiet; ikel, shopping u nesploraw postijiet ġodda.
Normalment dawn huma l-affarijiet li wieħed ifittex meta jibbukja għal xi safra! Tkellimna ma' Stellina Galea u qasmet magħna l-aktar postijiet popolari li l-Maltin jħobbu jżuru!
L-Italja - Pajjiż Varjat, ikel tajjeb u xenarju!
View this post on Instagram
Sqallija - għax gżira viċina u differenti minn Malta. Irħisa u hemm xenarju mill-aqwa!
View this post on Instagram
Ċipru - Dawn anke jsuqu bħalna u simili ħafna ta' Malta
View this post on Instagram
L-Awstrija u l-Ġermanja - Xmajjar, Muntanji, Klima differenti (Mhux bħal Malta dejjem bi sħana)
View this post on Instagram
Stellina qaltilna li... "l-Maltin jħobbu jiskappaw is-sħana, jħobbu jesploraw, jixtru u jieklu!". Imma liema hu l-pajjiż favorit ta' Stellina?
"Jien inħobb postijiet bix-xmajjar u muntanji... L-aktar post għal qalbi huwa l-villaġġ tal-Alpine ġewwa Livingo fl-Italja". - Stellina
Kull min għandu xi safra pjanata fil-viċin, aħna ta' Gwida.mt minn qalbna nawgurawlkom il-vjaġġ it-tajjeb! Strieħu, ħudu r-ritratti u ttagjaw lil Gwida.mt fuq Instagram! #Gwidamt