Il-paġna Rescued is my Favorite Breed - Lulu Arpa sellmet il-memorja ta' Vince, persuna b'qalb tad-deheb u li kien jagħmel kollox għall-annimali. Kellu mħabba kbira lejhom u dan kien jidher biċ-ċar fil-mod kif kien jieħu ħsiebhom.
Vince kien ħalla din id-dinja propju sena ilu. "L-anġlu tagħna fis-sema. Sena ilu għada... Kif setgħet qalb daqshekk safja tieqaf tħabbat daqshekk malajr? Għal dejjem f'qalbna. Grazzi ta' KOLLOX Vince. L-eroj tagħna"
Ftit ilu l-paġna ddedikat messaġġ ieħor għalih, fejn kitbet, "Inħobbok Vince u nixtiequk hawn. Għandna bżonnkom ħafna f'din il-kriżi. Int kont tkun pilastru bħalissa kif dejjem kont. Inħobbuk, inħossu n-nuqqas tiegħek u nirringrazzjawk. Ħu ħsieb il-klieb tagħna eroj."
Strieħ fis-sliem Vince.