“L-Anniversarji Ifakkruna Kemm Għeżieżna Sawru Ħajjitna” – Marvic Camilleri Jiftakar Lil Missieru F’Għeluq Sninu

Marvic Camilleri fakkar b’emozzjoni l-memorja tal-għażiż missieru, li lbieraħ kien ikun qed jiċċelebra għeluq sninu kieku għadu magħna.

Permezz ta’ messaġġ sentimentali fuq il-midja soċjali, Marvic kiteb dwar kemm il-memorji tal-għeżież li telqu jibqgħu jgħixu fina u jkomplu jsawru ħajjitna anke wara mewthom.



“Qiegħed niftakar lil missieri f’għeluq sninu. Nemmen li l-għeluq is-snin huma aktar marbuta mal-ħajja fuq din l-art milli mas-sema, iżda l-anniversarji jfakkruna b’mod speċjali kif l-għeżież tagħna sawru ħajjitna,” kiteb Marvic.



Hu kompla jirreferi għat-tradizzjoni Kattolika Maltija, fejn it-talb u t-tifkira ta’ dawk li telqu minna jitqiesu bħala għajnuna fil-vjaġġ spiritwali tagħhom u fl-istess waqt jgħinu lil dawk li baqgħu warajhom biex iżommu l-memorja tagħhom ħajja.

Il-messaġġ tiegħu temm b’talba sempliċi iżda sinifikanti, “Jistrieħu fis-sliem.”



Ritratti:

Facebook / Marvic Cam

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI