Ilbieraħ smajna l-aħbar tal-biża’ li kien hemm inċident f’Kemmuna meta arkata ta’ blat naturali waqgħet meta jetski b’turisti kien għaddej minn taħtha. Ftit minuti qabel, dehru xi nies wieqfa fuq din l-arkata, fosthom raġel li kien qed jaqbeż għall-baħar.
Wieħed mill-irġiel qabeż mill-arkata hekk kif l-arkata ġġarrfet u sofra ġrieħi ħfief. Madankollu, jetski b’żewġ turisti għaddejjin minn taħt ma kinux daqshekk fortunati. Ir-raġel inqatel u l-mara ndarbet gravi.
Il-Forzi Armati ta’ Malta kkonfermaw li l-katavru tar-raġel instab iżda jinsab maqbud taħt l-ilma taħt il-blat. L-isforzi biex jiġi rkuprat il-katavru għadhom għaddejjin bħalissa.
Times of Malta