L-inizjattiva AI4ALL se titwassal fiċ-ċentri tal-anzjani u fid-djar residenzjali permezz ta’ ftehim bejn l-MDIA u l-AACC.
Taħriġ prattiku dwar l-intelliġenza artifiċjali se jingħata fis-36 Ċentru għall-Anzjanità Attiva. L-anzjani se jingħataw l-għarfien u l-ħiliet biex jużaw l-AI b’mod sigur, responsabbli u b’kunfidenza.
L-inizjattiva se ssaħħaħ l-inklużjoni diġitali u tgħin lill-anzjani jibqgħu konnessi, indipendenti u attivi fil-komunità. Il-ħaddiema tal-AACC se jirċievu taħriġ permezz tal-metodu train-the-trainer biex jiggwidaw u jassistu lill-parteċipanti.
Il-ftehim jinkludi wkoll inizjattivi ta’ għarfien u dokument ta’ pożizzjoni dwar l-implimentazzjoni sigura tal-AI.
Il-Ministru Silvio Schembri ħabbar din l-inizjattiva permezz ta’ filmati li ppubblika fuq il-mezzi soċjali tiegħu.