Studju Xjentifiku Ġdid Juri Li s-Serp Ħanex Qed Jinfirex Fl-Inħawi Tal-Gżejjer Maltin

ħanex

Riċerka li ddokumentat 65 serp minn 34 lokalità differenti f’Malta, Għawdex u Kemmuna tqajjem mistoqsijiet ġodda dwar it-tixrid u l-istabbiliment ta’ din l-ispeċi aljena.

Studju xjentifiku ġdid żvela li s-Serp Ħanex (Indotyphlops braminus), speċi ta’ serp żgħir ħafna li mhuwiex indiġenu għall-Gżejjer Maltin, huwa mifrux f’ħafna aktar lokalitajiet milli kien maħsub qabel.

Ir-riċerka, imwettqa minn Arnold Sciberras, Alan Deidun, Mario Lo Valvo u Francesco Paolo Faraone, ġiet ippreżentata waqt is-XVI Kungress Nazzjonali tas-Societas Herpetologica Italica (SHI), li sar f’L’Aquila, l-Italja, bejn il-15 u t-18 ta’ Settembru 2026.

Dan l-istudju jiġbor fih kważi għaxar snin ta’ osservazzjonijiet, investigazzjonijiet fuq il-post u informazzjoni miġbura bl-għajnuna tal-pubbliku, u jipprovdi tagħrif ġdid dwar it-tixrid, l-ambjenti li fihom jgħix u l-modi kif din l-ispeċi setgħet waslet f’diversi nħawi tal-arċipelagu Malti.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI