Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp ħadu ħsieb jaqsmu mas-segwaċi tagħhom dak li għandhom jistennew mit-temp għal għada t-Tlieta 20 t’Ottubru.
Huma qalu, “Temp previst għal għada t-Tlieta mistenni jkun ftit imsaħħab tul dan il-lejl, li jsir imsaħħab filgħodu, ftit imsaħħab wara nofsinhar, imsaħħab filgħaxija. Riħ xlokk forza 4 għal 5 mix xlokk. Temperatura l-ogħla tmiss 27°C u l-inqas 22°C. Temperatura tal-baħar 25°C. “
Hekk kif hemm min anke kiteb fil-kummenti, millji jidher m’għandniex xita.
Kuntenti b’dan it-temp?