“L-ASA Hi Mnikkta Tisma’ Li Ħalliena Victor Pace, Il-President Tal-Klabb Ta’ Xbiex Water Polo” – Aquatic Sports Association

Permezz ta’ messaġġ ta’ niket fuq il-paġna tagħhom, l-Aquatic Sports Association ta’ Malta ħabbru li ħalliena l-President ta’ Ta Xbiex Water Polo Club.

Kitbu, “L-ASA hi mnikkta tisma’ li ħalliena Victor Pace, il-President tal-Klabb Ta’ Xbiex Water Polo, li ħalla din id-dinja lbieraħ filgħaxija. Il-funeral se jsir il-Ħamis 7 t’Awwissu fit-tmienja ta’ filgħodu fil-Knisja ta’ Maria Regina l-Marsa. Kondoljanzi lill-familja. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi.”

Il-familjari tiegħu kitbu li jixtiequ li ħadd ma jilbes l-iswed għall-funeral. Minflok appellaw biex min għandu, jilbes flokk tal-Liverpool.

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nsellmu l-memorja ta’ Victor Pace u nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u l-ħbieb tiegħu. Nirringrazzjawh tax-xogħol li għamel bħala President fil-Water Polo Club Ta’ Xbiex. Jistrieħ fis-sliem u l-paċi. Il-memorja tiegħu ma tintesa qatt.





Facebook / Aquatic Sports Association of Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI