L-Attur Lokali Eric Grech Jagħlaq Sninu Llum – Awguri Mill-Qalb!

Illum qed jiċċelebra għeluq sninu l-attur lokali Eric Grech. Lil Eric rajnieh f’tant produzzjonijiet lokali, fejn dejjem irnexxielu jagħti wirja spettakolari u memorabbli.

Karattru li jibqa’ assoċċjat miegħu huwa dak ta’ Gwido fis-sitcom Simpatiċi. Apparti minn hekk rajna lil Eric f’sensiliet bħal KC, fejn kien il-famuż ġarr li dejjem jinnota x’qed jiġri għand ta’ ħdejh, u jkun pront biex joffri l-għajnuna wkoll.

Lil Eric rajnieh riċentament waqt il-film Destin, kif ukoll f’episodju minn Noli, li kien ixxandar fuq GO Tokis. 

Awguri minn qalbna Eric! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!





Facebook/ Eric Grech



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI