L-Uffiċju Meteroloġiku ta’ pajjiżna qed ibassar li l-ġimgħa d-dieħla se tkun qed iġġib magħha temp imsaħħab fil-parti l-kbira tagħha filwaqt li l-ebda ħalbiet tax-xita jew riħ qawwi m’huma mistennija jolqtu lill-gżejjer Maltin.
Intant it-temperatura mistennija tibqa’ pjuttost baxxa xorta waħda hekk kif se tkun qed tvarja bejn 12°C u 19°C.
Din l-aħħar ġimgħa ġabet magħha għadd ta’ jiem xemxin wara li fil-ġimgħat preċidenti pajjiżna esperjenza l-aqwa tat-temp xitwi b’għadd ta’ maltempati u rwiefen.

Facebook / It-Temp Madwarna u Malta Weather