Ilbieraħ f’pajjiżna ġie ċċelebrat jum l-erwieħ kollha u bħala tradizzjoni numru ta’ nies iżuru l-qraba tagħhom fiċ-ċimiterju u jgħidu xi talb fuq il-post. Sfortunatament, il-personalità lokali Toni Busuttil ma jistax jagħmel dan.
Dan għaliex il-fdalijiet tal-għeżież tiegħu kienu tmexxew mingħajr anqas kien infurmat. Din ġrat lil diversi nies. Toni ħa l-lapida ta’ ommu u ta’ missieru miegħu d-dar biex b’hekk ikunu miegħu dejjem.
Fuq il-mezzi soċjali hu kiteb, “Din is-sena ma ġejtx inżurkom kif nagħmel issoltu, għax l-egoiżmu tal-bniedem anke f’mewtkom firidni minnkom, imma xorta waħda sibt mezz kif inżejinkom bil-fjuri u x-xemgħat.”
Għalaq il-messaġġ tiegħu billi qal, “Strieħu fil-paċi għeżież tiegħi, inħobbkom ħafna għax jien parti minnkom, sa ma nerġa’ nkun ħdejkom.” Kuraġġ Ton ċerti li jinsabu miegħek u qegħdin iħarsuk f’kull ħin.