It-tfal tal-kaptan Sir Tom Moore kkonfermaw li dan għadu kif tilef ħajtu wara li ttestja pożittiv għal Covid-19.
L-eroj tal-gwerra, li kellu 100 sena, minn Bradford, kien qed jiġi ttrattat għall-marda fatali wara li kkuntrattha x-xahar li għadda.
Wara li serva fit-Tieni Gwerra Dinjija, Sir Tom sar ċelebrità s-sena l-oħra meta, biex jimmarka l-100 sena tiegħu, iddeċieda li jagħmel 100 dawra tal-ġnien tiegħu biex jiġbor flus għall-NHS waqt l-ewwel lockdown tal-pandemija tal-Coronavirus.
Hu rnexxilu jiġbor £32.8 miljun, u ġie imfaħħar mill-NHS għall-isforz straordinarju tiegħu. F’Lulju 2020, ingħata t-titlu ta’ kavallier mir-Reġina Eliżabetta II. Strieħ fis-Sliem għażiż.
Facebook/The Royal Family/WalesOnline