“L-Ewwel Ġurnata Bħala Bdiewa Part-Time” – Gillian Attard Tħalli Tbissima fuq Fomm Is-Segwaċi Bil-Filmat Tagħha

Jekk taħseb li l-ħajja tal-biedja hija kollha xemx, paċi u “estetika” fuq il-midja soċjali…Gillian Attard għandha aġġornament għalik! F’wieħed mill-filmati li tellgħet riċentament, Gillian qasmet l-esperjenza tagħha ta’ “Day 1 bħala part-time ta’ bidwija” u diġà mill-ewwel ġurnata, kif qalet hi stess, kienet waħda li ħalliet lil kulħadd jidħaq.

Fil-messaġġ tagħha, din il-bidla kienet waħda drastika: “minn ossessjoni totali fuq il-Labubus għal…tipprova tieħu l-ilma minn bir u “tfalli miżerabillment”. Dan il-filmat ilaqqgħek mar-realtà tal-post, l-għodod u l-isfidi li jġib miegħu dan ix-xogħol u bħalma qalet Gillian, tispiċċa tgħid: “ok, mhux daqshekk faċli.”

Il-filmat jagħti ħarsa ħelwa u umana lejn dak li ħafna drabi ma narawx meta nħarsu lejn din it-tip ta’ estetika fuq stampi jew inħarsu lejn xenarji: żarbun imħammeġ, ilma jixtered ma’ kullimkien, annimali li jridu jieklu u ġurnata li tibda bl-idea li kollox se jimxi “b’mod organizzat”… iżda tispiċċa b’kaos sħiħ. Għalkemm skont Gillian, dan il-kaos kien wieħed li se tibqa’ tiftkar u għalhekk fl-istess “ġenn” sabet kif tista’ tħares lejn din il-ġurnata b’mod ferrieħi xorta waħda.

Gillian tistqarr li din il-ġurnata għalkemm ma kinitix perfetta kienet reali u forsi propju għalhekk laqtet lil ħafna – għax turi li kull bidu ġdid iġib miegħu ħafna provi, xi ftit tal-iżbalji u bosta mumenti fejn ma tistax ma tidħakx.

Fl-aħħar, Gillian għalqet il-messaġġ tagħa b’żewġ frażijiet kollox li żgur ħafna jistgħu jirrelataw magħhom. Hija qalet “Ħsibna li konna lesti u preparati. Ma konniex.” U onestament? Dik kienet l-iktar sentenza li stqarret il-verità sħiħa.

Xi ngħidu? Bosta segwaċi żgur li issa jinsabu kurjużi biex ikomplu jaraw filmati ta’ dan it-tip. Segwi l-filmat billi tagħfas HAWN.







Ritratti:

Facebook/ Gillian Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI