L-Ewwel U T-Tieni Diviżjoni B’Limitu Fuq Il-Plejers Barranin Fil-Kampjonat Għawdxi

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, il-Kampjonat Għawdxi qasmu mas-segwaċi tagħhom tħassib serju dwar ir-regoli l-ġodda relatati mal-plejers barranin għall-istaġun li ġej. Id-deċiżjoni, li ġiet diskussa waqt laqgħa bejn il-klabbs u l-GFA, qed tqajjem dibattitu dwar x’impatt tista’ tħalli fuq il-futur tal-plejers żgħażagħ Għawdxin u l-iżvilupp tal-futbol lokali.

Huma qalu, “Il-klabbs flimkien mal-GFA riċentament kellhom laqgħa nterna rigward l-istaġun li ġej, fejn b’mod anonimu ġie maqbul il-limitu tal-plejers barranin kif ġej: L-Ewwel Diviżjoni: 6 plejers barranin; 4 minn barra l-Unjoni Ewropea u 2 mill-Unjoni Ewropea. It-Tieni Diviżjoni: 6 plejers barranin. 4 mill-Unjoni Ewropea u 2 minn barra l-Unjoni Ewropea.”

Żiedu, “Minn informazzjoni li waslitilna, il-klabb ta’ Kerċem Ajax esprima oppożizzjoni qawwija għal din ir-regola l-ġdida dwar il-plejers barranin, filwaqt li l-qbija tal-klabbs ma oġezzjonawx. Aħna, bħala paġna ddedikata għall- Kampjonat Għawdxi, naqsmu l-istess tħassib u nemmnu li din id-deċiżjoni tista’ tħalli impatt negattiv fuq l-iżvilupp tal-plejers żgħażagħ lokali. Inħossu li aktar tfal fin-nurseries jistgħu jaqtgħu qalbhom mill-futbol, hekk kif jibdew iħossu li l-opportunità biex jagħmlu l-pass lejn il-futbol tal-kbar se ssir aktar diffiċli.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI