“L-Ikbar Ċerimonja Tat-Tieġ U Ċelebrazzjoni Organizzata F'Piċċ Tal-Boċċi.” – Ċelebrazzjoni Oriġiinali

Żgur mhux l-iktar post komuni għat-tieġ, imma proprju għalhekk jagħmilha idea daqshekk oriġinali! Il-Malta Records ħabbru fuq il-mezzi soċjali tagħhom li ġie stabbilit rekord ġdid mhux tas-soltu: l-ikbar ċerimonja tat-tieġ u ċelebrazzjoni organizzata f’piċċ tal-boċċi, ġewwa Ħal Għaxaq. Din l-okkażjoni unika saret nhar il-Ġimgħa 1 ta’ Awwissu, fejn il-koppja Mariella u Graden Pace wegħdu l-imħabba tagħhom lil xulxin quddiem 330 mistieden.

L-organizzaturi rċevew ukoll żjara speċjali mingħand The Malta Records, li ppreżentaw uffiċjalment ir-rekord nazzjonali ġdid, waqt li awguraw futur mimli ferħ u mħabba lill-koppja. Din l-għażla mhux tas-soltu turi kemm il-kreattività ma għandhiex limiti, u kif anke l-aktar postijiet mhux mistennija jistgħu jinbidlu f’xena romantika u memorabbli.

Għal xi wħud, l-idea ta’ tieġ f’lukanda jew f’ġnien tista’ tidher wisq tradizzjonali. Imma tieġ fuq piċċ tal-boċċi? Dik żgur storja li tibqa’ titkellem dwarha! X’taħsbu intom dwar din l-idea? Taslu torganizzaw xi tieġ f’post mhux tas-soltu bħal dan? Jew forsi għandkom xi suġġerimenti oħra kreattivi għal postijiet oriġinali? 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI