Il-paġna lokali The Malta Records fuq il-mezzi soċjali tagħhom kitbu, “The Malta Records dalgħodu sbaħna mal-Balzanin li qed jippreparaw spettaklu tan-nar għal tmiem il-ġimgħa.”
Huma jkomplu, “Il-voluntiera dawruna fil-pjazza biswit il-Knisja Parrokkjali fejn qed jintrama n-nar tal-art għall-ħarqa t’għada filgħaxija. Ħaduna wkoll sa fuq il-bejt tal-każin tas-Soċjetà Filarmonika Marija Annunzjata Ħal Balzan A.D. 1890 fejn il-Ħadd wara l-marċ ta’ filgħodu, għall-ħabta tas-2pm, se jitwaqqaf rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin.”
Huma jżidu, “L-ikbar spettaklu tal-karti fil-gżejjer Maltin, sinkronizzat mal-mużika, b’total ta’ kważi 2000 żbroffatura. Dawn jinkludu tiri tal-karti, flashpots u tiri tad-daħna. Nawguraw suċċess lill-volontarji ta’ din il-festa u jekk il-Bambin irid niltaqgħu il-Ħadd.”