L-ikel Malti ġie kklassifikat fl-94 post fil-lista tal-aqwa ikel fid-dinja skont il-klassifika annwali ta' TasteAtlas.
Għalkemm il-lista ġiet ippubblikata f'Diċembru li għadda, reġgħet kisbet attenzjoni fuq il-midja soċjali fl-aħħar jiem. Malta tinsab eżatt taħt l-Iżrael u fuq in-Niġerja fil-klassifika globali.
Fost il-platti li kisbu l-ogħla punti għal Malta hemm il-pastizz u l-fenek, li t-tnejn ingħataw klassifikazzjoni ta' 4.1 stilel minn ħamsa.
Il-ġbejna ġiet fit-tielet post fost l-aktar prodotti tradizzjonali apprezzati, b'punteġġ ta' 3.8 stilel. Dawn il-platti jibqgħu simboli ewlenin tal-kċina Maltija u huma popolari kemm mal-Maltin kif ukoll mat-turisti.