“L-Imħabba Għandha Tiġi Ċċelebrata Kuljum. Għandna Nwaqqfu L-Bullying U L-Mibegħda” – Charles Van Maarschalkerweerd Borg

Fuq il-mezzi soċjali tiegħu, Charles Van Maarschalkerweerd Borg, magħruf għad-ditta rinomata b’mod internazzjonali Charles and Ron, kiteb messaġġ f’Jum San Valentinu biex jippromwovi l-imħabba f’kull sitwazzjoni.

Hu kiteb, “Awguri f’Jum San Valentinu. L-imħabba għandha tiġi ċċelebrata kuljum. Għandna nwaqqfu l-bullying u l-mibegħda u minflok niffukaw fuq l-imħabba lejn kulħadd, tkun xi tkun is-sitwazzjoni. Għandna nieqfu nħarsu lejn ir-reliġjon jew il-politika, għaliex int min int u temmen fiex temmen, aħna lkoll bnedmin. Vera nistgħu nidhru differenti minn barra, imma d-demm tagħna huwa kollu l-istess kulur.”



Kulħadd jistħoqqlu l-imħabba, għaliex minkejja d-differenzi kollha tagħna, kollha għandna l-istess qalb u l-istess bżonn li nkunu mdawrin bl-imħabba.





Ritratti:

Facebook / Charles Van Maarschalkerweerd Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI