F’jum mimli mħabba u emozzjoni, fuq il-paġna popolari The Life of Papa Chris ġie xxerjat messaġġ sempliċi iżda emozzjonali. Fost il-ħafna messaġġi ta’ San Valentinu li jimlew il-midja soċjali f’dawn il-jiem, dan kien wieħed li jfakkar fil-valur veru tal-imħabba bejn il-bnedmin.
“You are loved. The love that we have for each other is the only thing that no one can take from us. My Valentines Happy Valentines to all,” kiteb Papa Chris, messaġġ li jixhed kemm l-imħabba tibqa’ forza b’saħħitha li tgħaqqad u tagħti sens lill-ħajja. Dan il-messaġġ ġie akkumpanjat ukoll minn ritratti sbieħ flimkien mat-tfal tiegħu, li b’mod ċar jissimbolizzaw l-imħabba pura u sinċiera ta’ bejn missier u l-ulied.
Dan il-messaġġ ma kienx indirizzat biss lejn persuna waħda, iżda lejn kulħadd: tfakkira li l-imħabba teżisti f’ħafna forom: bejn koppji, familja, ħbieb u anke lejn dawk li niltaqgħu magħhom fil-ħajja ta’ kuljum. F’dinja li xi kultant tkun mgħaġġla u mimlija sfidi, kliem bħal dan ifakkarna biex nieqfu ftit u napprezzaw lil min inħobbu.
Hekk kif San Valentinu wasal kważi magħna tajjeb li nosservaw li dan il-jum mhuwiex biss dwar rigali jew fjuri, iżda dwar il-konnessjonijiet veri li nibnu u nżommu. U kif ifakkarna Papa Chris: “l-imħabba vera hija l-unika ħaġa li ħadd ma jista’ jeħodlok.”
Facebook/ The life of Papa Chris Malta