Illum il-kantant u preżentatur Ian J Vella u l-mara tiegħu Nadine Vella se jkunu qed jiċċelebraw il-21 sena miżżewġin!
Fuq il-midja soċjali, Janvil kiteb: “Daqstant tlugħ u nżul imma hawn aħna. Grazzi Nadine talli tieħu paċenzja bid-difetti kollha tiegħi u tiċċelebra l-kwalitajiet tajbin kollha tiegħi. Inħobbok, żgur li l-imħabba tiegħek hija s-saħħa li tmexxini biex nagħmel kollox għall-familja tagħna. Inħobbok ħafna… Alla jbierek lilna u lill-familja tagħna.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat fil-ġurnata speċjali tagħhom. Awguri mill-qalb!
Facebook/Ian J Vella