Il-Każijiet fatali ta’ Covid-19 illejla jitilgħu għal 101 hekk kif jiġu rrapurtati 3 imwiet oħra. L-etajiet ta’ persuni li ħallewna huma ta’ 78, 79 u persuna oħra ta’ 87 sena. Qed nitilfu ħafna ħajjiet b’din il-pandemija, jeħtieġ li noqgħodu ħafna iktar attenti.
Illum tħabbar li kien hemm 103 każ ġdid ta’ Covid-19 filwaqt li fiequ 123 persuna. It-total ta’ każijiet attivi bħalissa qiegħed 2151.