“L-Inkwiet Kbir Li Jkollok Meta T-Tifel Ikun Marid Hi Xi Ħaġa Li Ma Tistax Tiddiskriviha” – DPM Chris Fearne

Waqt konferenza li seħħet aktar kmieni llum, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tkellem dwar l-esperjenza tiegħu bħala surgeon għat-tfal Maltin bil-kanċer f’Londra.





“Jien għamilt żmien naħdem bħala surgeon ġo sptarijiet tat-tfal f’Londra u anke f’Liverpool. U kien hemm żmien fejn kont nagħti servizz t’operazzjonijiet lit-tfal Maltin biex noperahom hemmhekk. Illum naturalment dawk it-tip t’operazzjonijiet isiru ġewwa Malta,” beda hu.

“Meta kont Londra u kont nara dawn il-pazjenti… l-inkwiet kbir li jkollok meta jkollok it-tifel marid hija xi ħaġa li ma tistax tiddiskriviha u ma tkun tixtieqha fuq ħadd. L-ikbar inkwiet naturalment fuq is-saħħa u l-kundizzjonijiet u l-uġigħ u d-dwejjaq u l-futur tat-tifel.”



“Però mbagħad ma’ dawk ikun hemm l-inkwiet ta’ flus u iżjed minn hekk, il-fatt li int f’Malta mdawwar bil-familja… f’daqqa waħda qiegħed fl-iżjed mument kruċjali ta’ ħajtek, f’post li ma tafux, b’nies li ma tafhomx… u hemmhekk li jkollok set up ta’ nies li huma Maltin u għaddejjin mill-istess esperjenza bħal tiegħek, tiswa mitqlu deheb.”

Fearne kompla billi qal li jieħu pjaċir jgħid li “wasalna għal ftehim li jkompli jassigura li ħa jkollna 30 appartament disponibbli għal pazjenti Maltin li jmorru għal kura ġewwa Londra.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI