“Diġà Għaddew Sentejn U Jien Mingħajrek Ma Niswa Xejn” – Il-Messaġġ Emozzjonanti Ta’ Rodianne Polidano

L-influencer Maltija, Rodianne Polidano, qasmet messaġġ mimli mħabba u emozzjoni, li fih tesprimi kemm tfisser għaliha l-persuna li għandha maġenbha f’ħajjitha.

Fil-messaġġ tagħha, Rodianne tirrifletti dwar iż-żmien li għadda u dwar ir-rabta speċjali li għandhom, hekk kif diġà għaddew sentejn minn dan il-vjaġġ flimkien.

Hija tikteb li qisha għamlet kuntratt magħha nfisha li, ikun xi jkun l-ostaklu li jiltaqgħu miegħu, qatt mhu se jħallihom jinkisru. Kliem li juri kemm temmen fil-qawwa tal-imħabba u fl-importanza li wieħed jibqa’ jagħżel lill-persuna li jħobb, anke meta l-ħajja ġġib magħha l-isfidi.

Rodianne tkompli tistqarr kemm din l-imħabba ġegħlitha tirrifletti fuq il-futur u tagħlaq b’dikjarazzjoni mill-isbaħ: “Inħobbok mara tiegħi u grazzi ta’ kull ħaġa li ġiegħltni nesperjenza f’ħajti.”

It-Tim ta' Gwida, jawguralhom għal aktar snin ta' mħabba flimkien!

Ritratt:

Facebook/Rodianne Polidano

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI