“Aktar Ma Nikber, Aktar Nifhem Kemm Hi Qasira L-Ħajja” – Il-Messaġġ Tal-MP Conrad Borg Manché F’Għeluq Sninu

Illum, il-Membru Parlamentari, Conrad Borg Manché qed jiċċelebra għeluq sninu, u f’din il-ġurnata speċjali għażel li jaqsam ħsibijiet profondi dwar il-ħajja, iż-żmien u l-affarijiet li tassew għandhom valur.

Fil-messaġġ tiegħu, huwa beda billi rringrazzja lil Alla talli silfu sena oħra f’din id-dinja, filwaqt li rrifletta dwar kemm il-ħajja hija prezzjuża u kemm jgħaddi malajr iż-żmien. Din is-sena kienet waħda li ma kienx ippjana, iżda ġabitlu magħha responsabbiltà ġdida: il-privileġġ li jirrappreżenta lin-nies fil-Parlament. Fiduċja li, kif stqarr, iġorr magħha gratitudni u sens qawwi ta’ responsabbiltà.

Bejn ix-xogħol tiegħu bħala avukat, il-ħidma parlamentari u fuq kollox l-irwol tiegħu bħala missier, qal li dejjem aktar qed jitgħallem jgħożż l-affarijiet sempliċi, bħall-ħin mal-familja u t-tgħanniq tat-tfal tiegħu. L-isbaħ riflessjoni tiegħu kienet dwar dak li tassew jibqa’ warajna: mhux il-ġid materjali, iżda l-imħabba li nkunu tajna, id-dmugħ li nkunu xxuttajna u l-ġid li nkunu għamilna ma’ ħaddieħor.

F’għeluq sninu, Conrad wassal ukoll ringrazzjament lill-familja, lil sħabu u lil dawk kollha li jagħtuh l-imħabba u l-appoġġ tagħhom.

Ritratt:

Facebook/Conrad Borg Manché

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI