Ilbieraħ, l-Iskwadra Marittima tal-Forzi Armati ta’ Malta tellgħet attività sportiva ġewwa Club Arena fil-Qrendi, b’ġbir ta’ fondi b’risq Puttinu Cares.
Din l-inizjattiva kienet maħsuba biex tkompli ssaħħaħ l-għaqda u l-ispirtu ta’ tim fost il-membri tal-Iskwadra.
“Permezz tal-isport, il-membri tagħna ingħaqdu flimkien biex jibnu reżiljenza, spirtu ta’ tim u għaqda, filwaqt li appoġġjaw kawża ġusta u importanti,” jiktbu AFM.
Fl-istess waqt, l-attività kellha għan soċjali qawwi, hekk kif kienet organizzata biex tappoġġja kawża importanti fil-komunità.
Dan juri kif l-Iskwadra Marittima tibqa’ impenjata mhux biss fil-qadi ta’ dmirijietha, iżda wkoll fis-sostenn ta’ inizjattivi li jagħmlu differenza pożittiva fis-soċjetà Maltija.
Prosit!
Facebook/ Puttinu Cares