Dan l-istaġun ta’ Love Island Malta mess livelli ġodda ta’ drama, sorpriżi, u issa… ritorn mhux mistenni! L-eks-islanders reġgħu dehru fil-villa, fosthom Daniel u Amber, li kienu nqalgħu lejn il-bidu nett tal-istaġun, kif ukoll il-bombshells riċenti Anthea u Nathan. L-erba’ konkurrenti kienu eliminati matul il-ġimgħat li għaddew, iżda issa dehru lura, bħal donnhom b’missjoni.
X’inhi din il-missjoni misterjuża li għandhom? Tgħid, se jidħlu biex itellfu r-relazzjonijiet preżenti jew forsi qed jingħataw ċans ieħor biex jerġgħu jiltaqgħu ma’ xi ħadd li kienu bdew iħossu xi ħaġa għalih? Li nafu żgur hu, li ħa jkun hemm xi taqlib u probabbli nistennew xi ftit drama wkoll.
Bil-finali mistennija għal nhar il-Ħadd li ġej, għad fadlilna ħafna mistoqsijiet u ftit ħin biex insibu t-tweġibiet. Xi wħud jaħsbu li din hi xi strateġija tal-produzzjoni biex jagħmlu l-aħħar ġimgħa ferm iktar intensa. Oħrajn jemmnu li xi relazzjonijiet għadhom mhux magħluqa sew… u forsi hemm xi affarijiet li għad iridu jingħadu.
Fi kwalunkwe każ, ħaġa waħda ċerta, il-villa reġgħet issorprendiet! Hemm ħafna qed jispekulaw li l-islanders li nqalgħu se jkollhom vot biex jiddeċiedu min se jinqala’ jew inkella min għandu postu fil-finali! Nistennew u naraw!