L-SPCA ta' Għawdex laqgħet residenti ġdida bl-isem ta’ Beauty, kelba Labrador ta’ sentejn li issa qed tfittex familja li tkun tista’ tagħtiha dar ġdida mimlija mħabba. Beauty tiżen madwar 32 kilogramma, għandha ċippa u diġà nbeda l-proċess tat-tilqim tagħha. L-SPCA ta' Għawdex spjegat ukoll li nhar it-Tlieta se tkun qed tiġi msewwija.
Skont l-għaqda, Beauty tkun adattata ħafna għal familja attiva li tista’ tagħtiha l-ħin u l-attività li teħtieġ. Tista’ tkun l-unika kelba fid-dar, iżda tista’ wkoll tgħix ma’ kelb ieħor ta’ daqs kbir. Min-naħa l-oħra, l-SPCA indikat li Beauty mhix adattata għal dar fejn hemm qtates jew klieb żgħar.
Dawk li jħossu li jistgħu joffru lil Beauty id-dar li jixirqilha huma mitluba jikkuntattjawhom permezz ta’ messaġġ privat biss.
Nittamaw li ma ddumx wisq biex issib il-familja tagħha!
Facebook / GOZO SPCA