Il-Kunsillier tal-Gudja Mark Anthony Sammut żvela fuq il-midja soċjali messaġġ li għadu kif irċieva mingħand raġel anzjan.
L-anzjan qal hekk: “Irċevejt l-ittra tal-appuntament għall-vaċċin tal-Covid. Id-data tal-appuntament kienet il-Ġimgħa 12 ta’ Frar għal appuntament filgħodu. Imma l-ittra waslitli t-Tlieta 16 ta’ Frar, erbgħat ijiem wara li suppost mort! Ċempilt ilbieraħ Mater Dei biex ituni appuntament ġdid, imma bqajt ma smajt xejn u llum erġajt ċempilt. Qaluli nieħu paċenzja nistenna ftit għax għandhom ħafna każijiet bħal tiegħi fejn l-ittri ntbagħtu tard!”
“Kellkom esperjenzi simili? U jista’ xi ħadd jispjega x’inhu jiġri?” kiteb is-Sur Mark Anthony Sammut. Int taf lil xi anzjan li ġralu hekk? Iktbilna fil-kummenti.