L-attivista Christa Cilia ħabbret li l-kelba li ngħatat għall-kura tagħha tinsab lura d-dar wara li għaddiet minn operazzjoni biex jiġi kkurat ir-riġel li kellha miksur b’mod serju.
Christa spjegat li issa quddiemha hemm ġimgħat twal ta’ rkupru, li se jinkludu mistrieħ, appuntamenti għand il-veterinarju, X-rays u monitoraġġ kontinwu biex jiġi żgurat li r-riġel qed ifiq kif suppost.
Jidher li minkejja d-diffikultajiet, il-kelba ngħatat iċ-ċans li tant kellha bżonn u issa se tingħata l-ħin kollu meħtieġ biex tirkupra.
B’ton aktar ħafif, għamlet referenza wkoll għal-lampshade li kellha tilbes wara l-operazzjoni, ftit jiem biss wara li tneħħa dak ta’ Eddie.
"Grazzi kbira lil kull min ta donazzjoni, qasam l-istorja tagħha u offra l-għajnuna, u ovvjament lil Dr George talli ħa ħsieb riġlejha b’tant ħeffa. Issa wasal iż-żmien għall-mistrieħ u l-fejqan, u biex nimxu ġurnata b'ġurnata."
Nawgurawlha rkupru malajr lil din il-ħlejqa innoċenti!
Ara l-post HAWN