Ġejjin Jiem B’Riħ Majjistral, Jiem B’Temp Ftit Imsaħħab Li Jissaħħab Ħafna Fost L-Oħrajn

xemxi u msaħħab

Il-paġna Aġġornament tat-Temp tat l-aħħar tbassir għat-temp għal din il-ġimgħa li ġejja, li mistennija tkun fil-biċċa l-kbira bnazzi u xemxija, b’temperaturi għoljin li f’xi jiem jistgħu jilħqu t-33°C.

Għal nhar it-Tnejn 7 ta’ Settembru huwa mistenni temp bnazzi b’riħ majjistral forza 3, b’temperatura massima ta’ 32°C u minima ta’ 25°C.

It-Tlieta 8 ta’ Settembru, Jum il-Vitorja u Festa Nazzjonali, mistennija tkun xemxija b’riħ majjistral forza 3 li jdur għal punent forza 3, b’temperatura li titla’ sa 33°C u tinżel sa 24°C.

L-Erbgħa wkoll tkun xemxija, b’riħ punent ilbiċ forza 3 u temperaturi bejn 25°C u 33°C.

Fit-tieni nofs tal-ġimgħa t-temp jibqa’ sħun, għalkemm ikun hemm aktar sħab f’xi ħinijiet. Il-Ħamis 10 ta’ Settembru jkun xemxi u jsir ftit imsaħħab, b’riħ punent ilbiċ forza 3 għal 2 u temperaturi bejn 26°C u 32°C.

Il-Ġimgħa tkun xemxija b’xi sħab u temperaturi sa 31°C, filwaqt li s-Sibt ikun ftit imsaħħab u kultant jissaħħab ħafna, b'riħ punent forza 4.

Fi tmiem il-ġimgħa, nhar il-Ħadd 13 ta’ Settembru huwa mbassar li jkun imsaħħab, b’riħ punent forza 4 li jdur grigal forza 3, u temperaturi li jibqgħu madwar 31°C bħala massimu u 24°C bħala minima.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI