Janet fuq il-paġna lokali The People of Malta taqsam ħsieb pożittiv. Ħsieb li kultant anqas biss nirrealizzaw. Li jkollok l-aktar affarijiet bażiċi huwa l-isbaħ ħaġa li jista' jkollok.
"La għandi l-ħwejjeġ, ikel u saqaf fuq rasi, inħossni ffortunata. Jiena Ingliża, imma ilni snin noqgħod Malta. Kont ġejt l-ewwel fis-snin 70 meta r-raġel kien fil-British Airforce. Fis-Snin 90 imbagħad tlaqt kollox u ġejt mar-raġel f’Malta. Sakemm ġimgħa qabel l-40 anniversarju tat-tieġ ir-raġel telaqni. Rabbejt 5 itfal."
Hi żżid tgħid, "Inħobb niċċajta u nikteb il-poeżiji. Jien hawn nipprova nkellem lil kulħadd u ngħid ‘Bonġu’ lil kulħadd – imma ftit iweġbuni lura. Ma nafx għal xiex, issa ilni snin ngħix hawn."
Sabiħ li tħares lejn il-ħajja minn lenti pożittiva għall-aħħar!