Kurt Magri, wieħed mill-atturi ta’ Division 7, jawgura lit-tfajla tiegħu Stephanie Aguis, li kienet waħda mill-atturi fi Strada Stretta, f’San Valentinu b’differenza.
Fuq il-pjattaforma ta’ Facebook, Kurt jgħid lil Stephanie li allavolja ma jistgħux jiċċelebrawh flimkien minħabba li qegħdin kwarantina, la joħorġu minnha jiċċelebrawh meta jridu u kif iridu, irrelevanti d-data. Jistax ikun l-20 jew it-22 ta’ Frar.
“Grazzi talli b’imħabbtek timlieli qalbi u b’dik it-tbissima tiegħek issebbaħli ħajti
Stephanie wkoll tħalli kumment lil Kurt u tgħidlu li din hija ġurnata li għandha tiġi ċċelebrata kuljum u mhux f’din il-ġurnata speċifika biss. Huwa sabiħ ferħ li tiċċelebra l-imħabba u l-ferħ tiegħek ma’ dik il-persuna tant speċjali.
Aħna gwida.mt nawguraw Jum San Valentinu lil dawn il-koppja tant ħelwa u li jfittxu joħorġu ħalli jkunu jistgħu jiċċelebrawh flimkien.
Facebook / Kurt Magri, Stephanie Aguis