Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Innocent Paws - Maria D’Amato qasmu mas-segwaċi tagħhom kitba dwar kelba ħelwa immens ta’ biss 8 xhur li qed tfittex id-dar dejjiema tagħha.
Huma qalu li Lady hjia kelba ferrieħija ta’ biss 8 xhur u tar-razza German Sheperd li qed tifttex id-dar dejjiema tagħha minħabba ċirkustanzi li ma ħadd ma kellu kontroll fuqhom. Lady ivvaċinata, għanda microchip, trennjata kemm għal ġod-dar kif ukoll fejn jidħlu bżonnijiet tagħha, tmur sew kemm mat-tfal u kemm ma’ klieb u qtates oħra, tħobb tilgħab kif ukoll tħobb turi l-imħabba tagħha.
Bħal kwalunkwe German Shepherd, Lady għandha bżonn fejn tagħmel l-eżerċizzju, għandha bżonn l-ispazju kif ukoll grooming regolari.
Jekk hawn xi ħadd li jista’ joffri dar komda u dejjiema lil Lady, għandhom jikkuntattjaw lil Maria D’Amato fuq il-paġna tagħha.