Il-kantanta Ina Robinich kellha ġmiel ta’ kreatura għal 14-il sena sħaħ li kienet titrattaha daqs li kieku kienet bintha. Sfortunatament Layla, il-kelba li rabbiet b’għożża Ina mietet illum.
Ħabbret dan b’dieqa ftit ilu fuq il-midja soċjali Ina flimkien ma’ messaġġ ta’ qsim il-qalb. “Inti issa ħielsa mill-uġigħ ‘furry daughter’ tiegħi. Grazzi tal-imħabba li wrejtni u tajtni għal dawn l-aħħar 14-il sena. Layla tiegħi ser tibqa’ f’qalbi għal dejjem”.
Il-kelb huwa magħruf bħala kreatura li tħobb lill-bniedem kultant ħafna aktar mill-umani stess. Għandhom rispett u mħabba bla limiti, kif ċerti li kellha Layla għal Ina.
Jiddispjaċina għażiża! Lkoll nifhmu li din hi telfa kerha mmens speċjalment meta tqis li wara 14-il sena… tir ‘il fuq Layla!