Ilbieraħ bdew il-preparamenti għat-tieni staġun tas-serje tant popolari mal-Maltin u l-Għawdxin L-Għarusa. Din id-drama bdiet f’Ottubru li għadda u kienet tixxandar fuq TVM.
View this post on Instagram
Ilbieraħ il-cast u l-crew ta’ din id-drama ltaqgħu biex jagħtu bidu għat-tieni staġun. Dawn l-atturi, flimkien mad-diretturi u l-crew kollu, jidhru li huma tim magħqud tassew. Ix-xogħol kollu u l-ħin li dan il-cast jagħmel sabiex jiġbed din id-drama huma twal ħafna. Meta wieħed jgħaqqad ix-xogħol kontinwu u l-għaqda bejn in-nies involuti, il-prodott finali jkun tal-ogħla kwalità. Jekk inħarsu lejn l-ewwel staġun, nistgħu ngħidu faċilment li kien ta’ suċċess kbir u l-prodott finali kien wieħed eċċellenti! Fil-fatt id-drama L-Għarusa kienet l-aktar drama segwita fuq l-istazzjonijiet kollha b’udjenza ta’ 76,000 telespettatur!
View this post on Instagram
L-ewwel staġun spiċċa b’ħafna mistoqsijiet għalina t-telespettaturi. Tgħid x’għandhom lest il-cast ta’ ‘L-Għarusa’ għalina? Tgħid se nsiru nafu minn qatilha lil Bettina Gauci Fontana? Nistennew u naraw!
Facebook / L-Għarusa