Il-kantant lokali Ivan Farrugia kiteb messaġġ lill-għażiża bintu li llum qed tiċċelebra għeluq sninha. Hu jikteb, “Għalkemm f’dan il-jum, inzertajna eluf ta’ mili ‘l bogħod minn xulxin, xorta nżommok viċin qalbi.”
Ivan jikteb li huma se jkunu qed jiċċelebraw b’mod speċjali dan il-jum f’ġurnata oħra, “għalkemm li għandi lilek bħala binti ż-żgħira hi ċelebrazzjoni ta’ kuljum u barka. Awguri f’għeluq sninek Emma. 18-il Sena…”
Xerred anke il-filmat favorit tagħhom fejn Ivan u bintu qed ikantaw kanzunetta li jħobbu fil-karozzi. Awguri mill-qalb Emma!