Kien l-10 ta’ Marzu 2021 meta fuq il-midja soċjali Luke Dalli ħabbar li sar missier! Hu kiteb fuq il-mezzi soċjali tiegħu dwar kemm dan il-jun ser jibqa’ mfakkar għal dejjem bħala l-aqwa wieħed ta’ ħajtu.
Dakinhar hu u l-imħabba ta’ ħajtu laqgħu f’ħajjithom lil Benjamin. Ftit ilu fakkar dan il-jum speċjali waqt li awgura lil ibnu. Isejjaħ dawn l-erba’ snin bħala “ferħ” u “sodisfazzjoni”, minkejja “l-isfidi”.
“L-10 ta’ Marzu 2021, għal ħafna ma tfisser xejn, però għalija kien il-bidu tal-isbaħ vjaġġ ta ħajti. Li nkun missier huwa l-akbar privileġġ li stajt niġi afdat bih. Minn dak in-nhar diġà għaddew erba’ snin… Erba’ snin ta’ Ben. Awguri f’miliedek, inħobbok sabiħ tiegħi.”
Aħna f’isem Gwida.mt nawguraw lil Benjamin!