“Li Tibqa’ Ġġorr Piż Fuq Dahrek Għax Taf Tħobb Mhix Faċli… Jiġi Żmien Fejn Titbierek Ukoll” – Maria La Barokka Muscat

Maria La Barokka

Il-preżentatriċi u ġurnalista Maria La Barokka Muscat qajmet riflessjoni dwar realtà li ħafna drabi tibqa' moħbija: il-piż li jġorru dawk li kuljum jieħdu ħsieb persuni qrib tagħhom li jeħtieġu kura, attenzjoni u dedikazzjoni kontinwa.

Fil-messaġġ tagħha, tisħaq kemm li tħobb lil xi ħadd kultant ifisser ukoll li ġġorr piż kbir fuq spallejk. Piż li mhux dejjem jidher, iżda li jinħass.

Maria tfakkar li hemm ħafna nies li jgħixu din ir-realtà fis-skiet. "Li tibqa' ġġorr piż fuq dahrek għax taf tħobb mhix faċli. Imma jiġi żmien fejn titbierek ukoll. Ħsiebi jmur f'tant nies li fis-silenzju jġorru t-tbatija ta' nies fil-familja tagħhom għal diversi raġunijiet ta' sfida."

Il-messaġġ tagħha huwa wkoll wieħed ta' tama. Tesprimi x-xewqa li dawk kollha li b'imħabba u sagrifiċċju jieħdu ħsieb lill-oħrajn, xi darba jsibu s-serħan li tant jixirqilhom u jkunu rikonoxxuti għall-ġid li jagħmlu.

Ritratti:

Facebook/ Maria La Barokka Muscat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI