“Li Toħloq Iktar Memorji Sbieħ Hija Imprezzabli Għall-Familja. Definittivament Nerġgħu Nagħmluha!” Ira Losco Mal-Familja Tagħha

Ira Loso, minn fuq il-pjattaforma soċjali tagħha, taqsam magħna l-esperjenza tagħha u ta’ familtha waqt li kienu qed jikkampjaw Sqallija tul il-vaganzi tal-Għid. Minn Sqallija krew camper van sabiex ikunu jistgħu jgawdu iktar in-natura b’kuntatt dirett. It-tfal vera bdew jieħdu pjaċir filwaqt li l-fatt li ma kellhomx network għall-biċċa l-kbira tal-ħin ikkontribwixxa għal esperjenza ta’ mistrieħ totali. Kienu wkoll ixxurtjajti biżżejed li kellhom il-kok personali tagħhom (ir-raġel Sean) u b’hekk kellhom ikel mill-aqwa.

“Il-camping kien ta’ divertiment kbir! Ħadna tassew pjaċir bl-arja friska tant, kif ukoll nisimgħu l-għanja tal-għasafar u t-tħaxwix tal-weraq filwaqt li r-riħ jonfoħ qalb il-friegħi tas-siġar, flimkien maċ-ċaqċiq tal-injam waqt li jinħaraq u aħna fis-sodda tul kull lejl. Hija tassew xi ħaġa inkredibbli meta wieħed isir ħaġa waħda man-natura. U li toħloq iktar memorji sbieħ hija imprezzabli għal familja. Definittivament nerġgħu nagħmluha!”

Nawgurawlkom għal ħafna iktar memorji bħal dawn!

View this post on Instagram

A post shared by Ira Losco (@iralosco)

Ritratti: Ira Losco / Facebook Page

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI