Joseph Armani kiteb messaġġ ta’ mħabba fuq il-paġna tiegħu, iddedikat lil martu l-għażiża li lllum qed tiċċelebra għeluq sninha.
Hu kitbilha, “Lill-mara sabiħa tiegħi. Nawguralek f’għeluq l-erbgħin sena tiegħek. Iktar ma tikber, iktar qed tisbieħ. Bil-Malti ngħidu, ‘Mall-kwaranta, jibda jittanta.’ Imma jidher li se jkolli problema hawn jien, għax iktar kemm tikber iżjed hemm ċans li jittantawk.”
Żied jgħid, “Nittama li jkollok ġurnata mill-aqwa li tibqa’ tiftakar għażiża tiegħi, u nżidu paġna oħra mal-ktieb tal-memorji sbieħ tagħna. Inħobbok sal-aħħar.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlha ġurnata mill-isbaħ li tagħtiha dak kollu li tixtieq qalbha. Nawgurawlha għal iżjed snin ta’ hena u mħabba!
Facebook / Joseph Armani