Lior hu tifel eżemplari u ta’ sikwiet fuq Facebook jgħid ir-rużarju f’xandira diretta. Ġieli wkoll rajna lil Lior ikanta xi kanzunetta gospel biex ifaħħar lil Alla. Illum Lior iddeċieda li jilbes differenti minn sħabu. Flok libes tal-biża għal żmien il-Haloween, libes ta’ saċerdot għal ‘Holyween’.
Omm Lior kitbet, “Tagħtix każ li tkun differenti, Lior iċċelebra Holywenn minflok… Libes ta’ San Ġorġ Preca fi żmien il-Pandemija!”.
Proset Lior talli dejjem tkun ta’ eżempju!