Mix-xena lokali tal-futbol, għada 16 ta' Lulju, it-tim ta' Ħamrun Spartans FC għandhom logħba importanti kontra t-tim ta' NSI Runavik. It-tim Malti qiegħed ifittex riżultat pożittiv minn din il-logħba sabiex għaldaqstant jgħaddi għal-fażi li jmiss. Fl-aħħar sena, dan it-tim kiseb suċċessi kbar billi kien l-ewwel klabb tal-futbol Malti li kwalifika għal-fażi tal-gruppi tal-UEFA Conference League.
Il-Ħamis li għaddha, 9 ta' Lulju, it-tim Ħamrun Spartans FC lagħab l-ewwel logħba tiegħu kontra NSI Runavik ġewwa Klaksvik fil-Faroe Islands, fejn irnexxielhom jiksbu draw permezz ta' goal li seħħ minn Tobias Bjornstad.
It-tim Ħamruniż sab diffikulta kbira fi triqtu lejn il-Faroe Islands minħabba li l-pajjiż inħakem minn maltemp kbir u minħabba dan, il-plejers ma' setgħux jagħmlu l-vjaġġ fil-ħin pjanat. Mandankollu, l-Ispartans xorta waħda irnexxielhom jagħtu prestazzjoni tajba u jiksbu draw barra minn xtutna.
Min taħseb li ser jirbaħ il-battalja ta' għada?
Ritratti: Facebook/Hamrun Spartans Football Club