Tintlemaħ Speedboat Għaddejja B’Veloċità Eċċessiva Qrib In-Nies Fil-Bajja Ta’ San Ġiljan

Dalgħodu l-Malta Sea Ranger Unit tellgħu filmat fuq il-midja soċjali fejn fih speedboat tidher qed tinstaq b'veloċità eċċessiva u b'mod perikoluż ħdejn in-nies u dgħajjes oħrajn ipparkjati fil-bajja ta' San Ġiljan.

Fil-messaġġ tagħha, il-Malta Sea Ranger Unit esprimiet id-diżappunt tagħha filwaqt li fakkret dwar il-liġijiet tal-baħar li jirregolaw il-veloċità li wieħed hu permess isuq biha meta joqrob lejn il-kosta.

Il-Malta Sea Ranger Unit ħabbru li huma ħadu l-passi meħtieġa dwar dan il-filmat.

Ritratti:

Facebook / Malta Sea Ranger Unit

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI