Luke Jaqsam Il-Premju Ta’ €20,000 Ma’ Anna Paola Wara R-Rebħa Ta’ Love Island Malta

Luke għamel ġest li ntlaqa’ tajjeb minn ħafna telespettaturi wara li, flimkien ma’ Anna Paola, rebaħ ir-raba’ staġun ta’ Love Island Malta.

Wara li fetaħ l-envelop li kien fih il-premju ta’ €20,000, Luke ddeċieda li ma jżommx is-somma kollha għalih, iżda jaqsamha b’mod ugwali ma’ Anna Paola u b’hekk it-tnejn se jieħdu €10,000 kull wieħed. 

Din id-deċiżjoni ġiet milqugħa b’applaws kbir waqt il-finali, filwaqt li ħafna fuq il-midja soċjali faħħru l-ġest tiegħu u qalu li kienet deċiżjoni ġusta wara l-vjaġġ li għaddew minnu flimkien fil-villa.

Ritratti:

Fb/ il-paġna uffiċjali Malta diżastru totali

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI