"Maġenbna Kien Hemm Koppja Mexjin Ma' Binhom Żgħir" – Jintlaqtu Minn Sparatura Huma U Mexjin

Joanna White ta’ 62 sena tefgħet post fuq il-midja soċjali fejn tkellmet dwar sparatura ta’ kaċċatur li spiċċat biex laqtet lilha u lil ħabiba tagħha li kienet miexja magħha. Joanna tirrakkonta kif waqt li kienu mexjin fuq Ta’ Ċenċ saru żewġ sparaturi, bit-tieni waħda tolqot lilha f’saqajha u lil ħabiba tagħha f’idejha.

Huma minnufih marru jagħmlu rapport mal-pulizija, li talbuhom imorru għal osservazzjoni l-isptar biex jaraw eżatt dak li ġarrbu. Is-sit Times of Malta wera anke xi ritratti li ħadet Joanna ta’ fejn intlaqtu. 

Joanna kompliet li, “Il-pulizija avżatna li din iż-żona hija privata. Nifhem li peress li hija proprjetà f’ Ta’ Ċenċ, imma Ta’ Ċenċ ma jaħsibx dwar dawk li jżuru ż-żona u li jaf jagħżlu li jimxu hawn?” Joanna tappella lill-awtoritajiet dwar din l-esperjenza kerha.





Facebook/ Potawatomi Zoo



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI