“Ma’ Ġejt Inkellmek Ftit … Ma Nistax Nifraħ Kif Suppost, Għax Ma Nistax Naqsam Dan Il-Mument Miegħek” – L-MP Miriana Calleja Testaferrata De Noto

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-membru parlamentari Miriana Calleja Testaferrata de Noto sellmet il-memorja ta’ ommha li ħalliet din id-dinja.

Hi qalet, “Ma’ ġejt inkellmek ftit. Suppost dan huwa wieħed mill-isbaħ mumenti ta’ ħajti, imma qisu qed inħoss xi ħaġa nieqsa. Ma nistax nifraħ kif suppost, għax ma nistax naqsam dan il-mument miegħek. Kollox inħossu bittersweet.”

Żiedet tgħid, “Waqt il-kampanja kont inħossok miegħi. Imma issa nistaqsi: kieku kont hawn, x’kont tgħidli? Kif kont tkun qed tħossok? Inħobbok ħafna, Ma. Kun miegħi f’dan il-vjaġġ.”







Ritratti:

Miriana Calleja Testaferrata de Noto

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI